Messaġġi ewlenin għall-mikrobijoloġisti kliniċi

Kompiti

1.    Il-kompiti tagħkom li għandhom x'jaqsmu mal-użu mtejjeb tal-antibijotiku jinkludu [31,98-100] [kunsens tal-esperti]:
a)    Tipparteċipa fit-tim għall-kontroll tal-antibijotiċi, bħala membru ewlieni tat-tim;
b)    Tikkollaboraw mal-ispeċjalista tal-mard infettiv u mal-ispiżjar tal-isptar biex jiġi implimentat il-programm tal-kontroll tal-antibijotiċi;
c)    Tappoġġjaw linji gwida dwar l-antibijotiċi tal-isptar ibbażati fuq l-evidenza għal infezzjonijiet komuni u għal profilassi kirurġika; 
d)    Tidentifikaw u tirrapportaw il-mikroorganiżmi fil-ħin (eż. fil-kulturi tad-demm) u tittestjaw is-suxxettibbiltà antimikrobjali;
e)    Tikkomunikaw riżultati kliniċi minnufih lit-tabib li jkun qed jikkura;
f)    Tippreżentaw dejta b'mod li jappoġġja l-użu prudenti tal-antibijotiċi, pereżempju billi tirrapportaw b'mod selettiv numru limitat ta' riżultati ta' suxxettibbiltà antimikrobjali lit-tobba;
g)    Tipprovdu linji gwida għall-ġbir adegwat tal-kampjuni, tinfurzaw il-kriterji ta' rifjut għall-kampjuni mibgħuta b'mod mhux adegwat u tistabbilixxu proċeduri biex tillimitaw il-ħidma tal-kontaminanti (eż. il-kulturi fid-demm);
h)    Tiggwidaw terapija antibijotika empirika billi tipprovdu lill-isptar u lis-sala tal-isptar (eż. l-unità tal-kura intensiva jew id-dipartiment tal-emerġenza) dejta ta' suxxebbiltà antimikrobjali kumulattiva speċifika;
i)    Tidentifikaw xejriet kritiċi fir-reżistenza għall-antibijotiċi fl-isptar u tikkomunikaw l-osservazzjonijiet minnufih lit-tim tal-amministrazzjoni tal-antibijotiċi u t-tim tal-kontroll tal-infezzjonijiet.
j)    Tiġġestixxu l-formularju antimikrobjali tal-isptar tagħkom (jiġifieri, il-lista tal-mediċini disponibbli għall-preskriventi).

Affarijiet li tista' tagħmel jew tikkollabora fuqhom

2.    Tipprovdu linji gwida għall-ġbir, il-ħażna u t-trasport tal-kampjuni [98,99].

3.    Tiżguraw li l-ittestjar tal-laboratorju u r-rappurtar tas-suxxettibbiltà antimikrobjali jsegwu l-linji gwida dwar it-trattament (inkluż rappurtar selettiv) u tinkludu kummenti rilevanti dwar l-interpretazzjoni jekk ikun hemm bżonn [31].

4.    Tiżguraw li l-identifikazzjoni u r-riżultati tal-ittestjar tas-suxxettibbiltà antimikrobjali jiġu kkomunikati lill-preskriventi, l-infermiera u lit-tim tal-amministrazzjoni tal-antibijotiċi, speċjalment għal riżultati kritiċi (eż. il-kulturi fid-demm) [98-100].

5.    Tiżguraw li l-ittestjar u r-rappurtar tar-riżultati mikrobijoloġiċi jsegwu l-istandards nazzjonali u Ewropej (jiġifieri, il-Kumitat Ewropew dwar it-Testijiet tas-Suxxettibbiltà - EUCAST) [31].

6.    Tipprovdu dejta dwar ir-reżistenza għall-antibijotiċi fil-livell tal-isptar u l-livell tas-sala tal-isptar u tikkomunikaw ix-xejriet lit-tim tal-amministrazzjoni tal-antibijotiċi u lit-tim tal-prevenzjoni u l-kontroll tal-infezzjonijiet [101].

7.    Tħarrġu lill-preskriventi tal-isptar b'mod regolari dwar ir-reżistenza għall-antibijotiċi u dar it-testijiet dijagnostiċi rapidi u ta' punt ta' kura [31,53].