Messaġġi ewlenin għall-unità tal-kura intensiva [tobba u maniġers]

materjal ta’ informazzjoni messaġġi ewlenin materjal tat-toolkit

Kompiti

Il-kompiti ewlenin biex jitjieb l-użu tal-antibijotiċi fid-dipartiment tiegħek jinkludu:

1.    Issegwu l-protokolli tat-trattament antibijotiku, fuq il-bażi tal-linji gwida bbażati fuq l-evidenza (eż. għas-sepsis) [90].

2.    Tibqgħu konxji dwar ix-xejriet lokali tar-reżistenza għall-antibijotiċi fid-dipartiment tagħkom, fl-isptar tagħkom u fil-komunità [31,72]. 

3.    Torganizzaw rawnds tal-persunal multidixxiplinarju regolari u diskussjonijiet dwar il-każijiet biex ittejbu l-kwalità tat-trattament antibijotiku [72].

4.    Tivvalutaw mill-ġdid it-trattamenti antibijotiċi fid-dawl tal-kundizzjonijiet kliniċi wara 48–72 siegħa, jew hekk kif ir-riżultati mikrobijoloġiċi jkunu disponibbli, biex [31,42,70-72]:
•    tbiddlu għal antibijotiku ta' spettru dejjaq;
•    tkomplu jew twaqqfu t-terapija antibijotika;
•    tbiddlu għal terapija antibijotika orali.

5.    Timplimentaw strateġiji tal-prevenzjoni u l-kontroll tal-infezzjonijiet, inkluż [86,87,105]:
•    l-edukazzjoni tal-persunal,
•    l-iġjene tal-idejn,
•    it-tindif tal-ambjent,
•    skrinjar attiv,
•    prekawzjonijiet tal-kuntatt,
•    prattiki bbażati fuq l-evidenza,
•    tistabbilixxu sistemi ta' sorveljanza għall-infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa.

6.    Il-parteċipazzjoni regolari fl-attivitajiet edukattivi, kif ukoll rispons u verifiki proattivi, flimkien mat-tim tal-kontroll tal-antibijotiċi [54,56]. 

Affarijiet li għandek tkun taf

7.    It-tnaqqis u r-razzjonalizzazzjoni tat-terapija tal-antibijotiċi jwasslu għal riżultati aħjar tal-pazjenti [106].

8.     Meta ssegwu l-miżuri tal-prevenzjoni u l-kontroll tal-infezzjonijiet, tnaqqsu l-inċidenza tal-infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa. Pereżempju: 
a)    Meta tikkonformaw mal-protokoll tal-kura tal-linja ċentrali (għad-dħul u l-manutenzjoni), tnaqqsu l-infezzjonijiet fid-demm assoċjati mal-linja ċentrali fit-tipi kollha tal-unitajiet tal-kura intensiva (adulti u trabi tat-twelid) [107]
b)    Is-sett tal-interventi jista' jipprevjeni pulmonite assoċjata mal-ventilaturi fl-unitajiet tal-kura intensiva tal-adulti [108].

X'tista' tagħmel

9.    Timplimentaw gwida (linji gwida, protokolli u listi ta' kontroll) għall-miżuri ta' prevenzjoni u kontroll tal-infezzjonijiet, flimkien mat-tim tal-prevenzjoni u l-kontroll tal-infezzjonijiet [86,87] [kunsens tal-esperti].

10.    Issegwu protokolli tat-trattament antibijotiku, fuq il-bażi ta' linji gwida bbażati fuq l-evidenza li huma stabbiliti fl-ambjent tagħkom [31] [kunsens tal-esperti].

11.    Ibdew it-trattament tal-antibijotiċi biss jekk hemm evidenza ta' infezzjoni batterjali u tittrattawx kolonizzazzjoni [31].

12.    Evitaw profilassi antibijotika bla bżonn [31].

13.    Qisu bir-reqqa l-istorja tal-pazjent meta tippreskrivu antibijotiku, inkluż l-użu tal-antibijotiku riċenti, l-allerġiji għall-mediċini, l-użu ta' terapija immunosuppressiva u fatturi tar-riskju għar-reżistenza għall-antibijotiku (pereżempju, rikoveru riċenti fl-isptar, proċedura riċenti jew vjaġġar riċenti barra mill-Ewropa) [31].

14.    Jekk tinsabu f'dubju, qabel ma toħorġu riċetta għal antibijotiku, għandkom [25,26,53,70] [kunsens tal-esperti]:
•    Tiċċekkja d-dejta epidemjoloġika lokali, reġjonali u nazzjonali
•    Tfittxu gwida u pariri mingħand kollega b'iktar esperjenza jew mingħand membru tat-tim tal-kontroll tal-antibijotiċi.

15.    Iddokumentaw l-indikazzjoni tat-trattament antibijotiku, l-għażla tal-mediċina, id-doża, ir-rotta tal-amministrazzjoni u t-tul tat-trattament fiċ-ċart tal-pazjenti[31,42,70,71]. 

16.    Għall-pazjenti b'sepsis, ibdew it-trattament tal-antibijotiku effettiv ġol-vina kemm jista' jkun malajr [90].

17.    Kunu ċerti li l-kulturi jittieħdu u jintbagħtu kif adegwat fil-laboratorju tal-mikrobijoloġija, qabel ma tibdew l-antibijotiċi [31,42,70,71].

18.    Wieġbu l-mistoqsijiet ewlenin li ġejjin meta tivvalutaw mill-ġdid it-terapija antibijotika wara 48-72 siegħa (jew hekk kif ir-riżultati mikrobijoloġiċi jisru disponibbli) [42,70]: 
Il-pazjent għandu infezzjoni li se tirrispondi għall-antibijotiċi?
Jekk iva:
i.    Il-pazjent qiegħed jieħu l-antibijotiku(antibijotiċi) x-xieraq/xierqa, id-doża l-korretta u mir-rotta tal-amministrazzjoni x-xierqa?
ii.    Jista' jintuża antibijotiku bi spettru idjaq sabiex tiġi kkurata l-infezzjoni?
iii.    Għal kemm żmien il-pazjent għandu jirċievi l-antibijotiku(antibijotiċi)?

19.    Jekk taraw membri tal-persunal fi sptar jew f'ambjent tal-kura tas-saħħa li jiksru l-linji gwida jew protokolli, staqsuhom għaliex qegħdin jagħmlu dan u ipprovduhom b'għodod biex jifhmu x'inhuma qegħdin jagħmlu ħażin [69] [kunsens tal-esperti].

20.    Ħudu sehem b'mod regolari f'korsijiet tat-taħriġ u f'laqgħat li jappoġġjaw l-implimentazzjoni fl-isptar ta': a) użu antibijotiku prudenti, b) linji gwida dwar l-antibijotiċi lokali, ibbażati fuq l-evidenza, u c) miżuri ta' prevenzjoni u ta' kontroll tal-infezzjonijiet [52,53].