'Toolkit' għall-promozzjoni ta’ l-użu bil-għaqal tal-antibijotiċi permezz tal-midja soċjali

toolkit għall-komunikazzjoni

Dan huwa s-sommarju tad-dokument ta’ gwida bbażat fuq riċerka tal-attività fuq il-midja soċjali relatata mal-użu tal-antibijotiċi fil-livell tal-UE, kif ukoll fuq stħarriġ tal-attivitajiet fuq il-midja soċjali tal-organizzazzjonijiet imsieħba tal-Jum Ewropew ta’ Sensibilizzazzjoni dwar l-Antibijotiċi (EAAD). Ir-riċerka wriet li diġà hemm xi attività fuq il-midja soċjali dwar l-użu bil-għaqal tal-antibijotiċi u li qegħdin ifeġġu xi influwenzi potenzjali.

Wara r-riċerka u l-istħarriġ, dan id-dokument jipproponi attivitajiet fuq il-midja soċjali li jistgħu jitwettqu bħala parti minn kampanji nazzjonali dwar l-użu bil-għaqal tal-antibijotiċi li fil-mira tagħhom ikollhom lill-pubbliku inġenerali, dawk li jippreskrivu fil-kura primarja u fl-isptarijiet.