Messaġġi ewlenin għall-faċilitajiet tal-kura fit-tul [tobba u maniġers]

materjal ta’ informazzjoni messaġġi ewlenin materjal tat-toolkit

Kompiti

Il-kompiti ewlenin biex jittejjeb l-użu tal-antibijotiċi fil-faċilità tiegħek jinkludu: 
1.    L-edukazzjoni tal-persunal mediku u l-infermiera, li timmira oqsma fejn l-użu ħażin huwa komuni [109,110]:
•    il-propilassi antibijotika;
•    l-użu tal-antibijotiċi f'pazjenti mhux sintomatiċi b'kulturi pożittivi (kolonizzazzjoni);
•    antibijotiċi topiċi; u
•    tul taż-żmien eċċessivament twil tat-trattament.

2.    L-edukazzjoni tal-pazjenti u l-familji tagħhom dwar ir-riskji tal-għażla għall-batterji reżistenti għall-antibijotiċi meta l-antibijotiċi jintużaw bla bżonn (eż. batterjurja mhux sintomatika, infezzjonijiet virali tal-apparat respiratorju) [109,110].

3.    L-użu ta' mogħdijiet kliniċi u linji gwida bbażati fuq l-evidenza għad-dijanjożi, it-trattament u l-ġestjoni tal-iktar infezzjonijiet komuni (eż. pulmonite, infezzjonijiet fil-parti ta' fuq tal-apparat respiratorju, infezzjonijiet tal-ġilda u tat-tessuti r-rotob u l-infezzjonijiet tal-apparat tal-awrina) u tqis id-dejta tas-suxxettibbiltà antimikrobjali lokali [109].

4.    Tivvalutaw mill-ġdid it-trattamenti bl-antibijotiċi fid-dawl tal-kundizzjonijiet kliniċi wara 48–72 siegħa, jew hekk kif ir-riżultati mikrobijoloġiċi jkunu disponibbli, biex [31,42,70-72]:
•    tbiddlu għal antibijotiku ta' spettru dejjaq;
•    tkomplu jew twaqqfu t-terapija antibijotika;
•    tbiddlu għal terapija antibijotika orali.

5.    Tevitaw testijiet dijanjostiċi u kulturi f'pazjenti mhux sintomatiċi [56,111].

X'tista' tagħmel

6.    Timplimentaw miżuri tal-prevenzjoni u l-kontroll tal-infezzjonijiet, flimkien mal-professjonisti tal-prevenzjoni u l-kura tal-infezzjonijiet [kunsens tal-esperti]. 

7.    Qisu bir-reqqa l-istorja tal-pazjent meta tippreskrivu antibijotiku, inkluż l-użu tal-antibijotiku riċenti, l-allerġiji għall-mediċini, l-użu ta' terapija immunosuppressiva u fatturi tar-riskju għar-reżistenza għall-antibijotiku (pereżempju, rikoveru riċenti fl-isptar, proċedura riċenti jew vjaġġar riċenti barra mill-Ewropa) [31].
 
8.    Dejjem wettqu eżami kliniku tal-pazjent qabel ma toħorġu riċetta għal antibijotiku [31].

9.    Jekk tinsabu f'dubju qabel ma toħorġu riċetta għal antibijotiku, għandkom [25,26,53,70] [kunsens tal-esperti]:
•    Tiċċekkja d-dejta epidemjoloġika lokali, reġjonali u nazzjonali
•    Tfittxu gwida u pariri mingħand kollega superjuri jew mingħand membru tat-tim tal-kontroll tal-antibijotiċi.

10.    Tibda t-trattament antibijotiku biss jekk hemm evidenza ta' infezzjoni batterjali u tittrattawx kolonizzazzjoni[31]. 

11.    Evitaw profilassi antibijotika bla bżonn (eż. profilassi tal-infezzjoni tal-apparat tal-awrina) [111].

12.    Kunu ċerti li jittieħdu l-kulturi qabel ma tibdew l-antibijotiċi [31,42,70,71].

13.    Iddokumentaw l-indikazzjoni ta' trattament antibijotiku, l-għażla tal-mediċina, id-doża, ir-rotta tal-amministrazzjoni u t-tul ta' żmien tat-trattament fiċ-ċart tal-pazjent [31,42,70,71].

14.    Wieġbu l-mistoqsijiet ewlenin li ġejjin meta tivvalutaw mill-ġdid it-terapija antibijotika wara 48-72 siegħa (jew hekk kif ir-riżultati mikrobijoloġiċi jisru disponibbli) [42,70]: 
Il-pazjent għandu infezzjoni li se tirrispondi għall-antibijotiċi?
Jekk iva:
i.    Il-pazjent qiegħed jieħu l-antibijotiku(antibijotiċi) x-xieraq/xierqa, id-doża l-korretta u mir-rotta tal-amministrazzjoni x-xierqa?
ii.    Jista' jintuża antibijotiku bi spettru idjaq sabiex tiġi kkurata l-infezzjoni?
iii.    Għal kemm żmien il-pazjent għandu jirċievi l-antibijotiku(antibijotiċi)?

15.    Ippromwovu l-programmi ta' tilqim għar-residenti u l-persunal [kunsens tal-esperti].

16.    Segwu miżuri ta' prevenzjoni u kontroll li diġà huma stabbiliti fl-ambjent tagħkom. Jekk taraw membri tal-persunal fi sptar jew f'ambjent tal-kura tas-saħħa li jiksru l-linji gwida jew protokolli, staqsuhom għaliex qegħdin jagħmlu dan u ipprovduhom b'għodod biex jifhmu x'inhuma qegħdin jagħmlu ħażin [69] [kunsens tal-esperti].

17.    Ħudu sehem b'mod regolari f'korsijiet tat-taħriġ u f'laqgħat li jappoġġjaw l-implimentazzjoni fl-isptar ta': a) użu antibijotiku prudenti, b) linji gwida dwar l-antibijotiċi lokali, ibbażati fuq l-evidenza, u c) miżuri ta' prevenzjoni u ta' kontroll tal-infezzjonijiet [52,53].

18.    Organizzaw avvenimenti u kampanji edukattivi li jipprovdu informazzjoni lir-residenti dwar l-użu prudenti tal-antibijotiċi.

19.    Kunu ċerti li r-residenti u (l-familji tagħhom) jifhmu r-raġunijiet għat-terapija bl-antibijotiċi, u punti importanti relatati mal-użu tal-antibijotiċi, inkluż biex [kunsens tal-esperti]:
a)    Jieħdu l-antibijotiċi eżatt kif preskritti;
b)    Qatt ma jżommu l-antibijotiċi biex jużawhom iktar tard;
c)    Qatt ma jużaw antibijotiċi li jkun fadal minn kuri preċedenti;
d)    Qatt m'għandek taqsam antibijotiċi li jifdal ma' residenti oħra jew ma' nies oħra.

20.    Organizzaw verifiki/stħarriġ b'mod regolari dwar il-prattiki tal-preskrizzjoni tal-antibijotiċi u l-infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa [93].