Ippjana kampanja
Il-Materjali ta’ Komunikazzjoni tal-Kampanja tal-ECDC għall-Jum Ewropew dwar is-Sensibilizzazzjoni lejn l-Antibijotiċi għandhom l-għan li jappoġġjaw l-attivitajiet imwettqa mill-awtoritajiet tas-saħħa nazzjonali Ewropej sabiex tiġi organizzata kampanja ta’ komunikazzjoni komprensiva u konsistenti fl-Ewropa kollha rigward l-użu razzjonali tal-antibijotiċi.
Dan il-kitt ta’ għodda joffri mudelli ta’ materjali ta’ kampanja li jistgħu jiġu adattati għall-użu fuq livell nazzjonali u li jagħtu pariri dwar kif l-organizzaturi tal-kampanja jistgħu jinvolvu l-pubbliku sabiex jippromwovu l-użu xieraq u responsabbli tal-antibijotiċi.
'Toolkit' immirat għal tobba tal-familja
It-"toolkit" fiha materjali mudelli u messaġġi ewlenin għal professjonisti tas-saħħa, ideat għal attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni, u tattiċi suġġeriti
Logo tal-Marka Kummerċjali
Il-logo tal-jum Ewropew għall-Għarfien dwar l-Antibijotiċi tfassal biex jintuża fil-materjal kollu relatat mal-Jum Ewropew għall-Għarfien dwar l-Antibijotiċi...
Struzzjonijiet għall-użu ta' dawn il-materjali
L-objettiv ta' dan is-sett ta' għodod huwa li jappoġġa l-isforzi sabiex jiżdied l-użu prudenti tal-antibijotiċi fl-isptarijiet u f’ambjenti oħrajn tal-kura tas-saħħa permezz tat-tixrid ta' materjal
‘Toolkit’ dwar l-awtomedikazzjoni bl-antibijotiċi
It-"toolkit" fiha materjali mudelli u messaġġi ewlenin li jiffukaw fuq l-awtomedikazzjoni bl-antibijotiċi, ideat għal attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni, u tattiċi suġġeriti biex il-messaġġi jingħaddu lill-pubbliku ġenerali.