Messaġġi ewlenin għall-infermiera
Kompiti
1. Intom tinsabu f'pożizzjoni ewlenija biex ittejbu l-użu tal-antibijotiċi billi tikkollaboraw mat-tim ta' kontroll tal-antibijotiċi [96].
2. Il-kompiti tagħkom li għandhom x'jaqsmu mal-użu mtejjeb tal-antibijotiku jinkludu [31,96,97] [kunsens tal-esperti]:
a) L-amministrazzjoni tal-antibijotiċi lill-pazjenti skont il-preskrizzjoni;
b) Li tikkoordinaw li tieħdu u tibagħtu l-kampjuni mikrobijoloġiċi u li tirrappurtawhom lura lit-tobba;
c) Ir-rapportr ta' effetti ħżiena tat-terapija antibijotika lit-tobba u kumitati tar-reviżjoni adegwati;
d) Il-faċilitazzjoni tal-komunikazzjoni bejn it-tobba, l-ispiżerija, il-laboratorju u l-pjanifikaturi tar-rilaxx mill-isptar, il-konsulenti u l-pazjenti;
e) Li tipprovdu informazzjoni dwar it-trattamenti lill-pazjenti u l-familji;
f) Li tissorveljaw kif inhuma l-pazjenti fuq bażi ta' 24 siegħa; u
g) Il-ġestjoni tal-ħażniet tal-antibijotiċi fis-sala tal-isptar tagħkom u tiżguraw it-traċċabbiltà tal-użu tal-antibijotiċi [kunsens tal-esperti].
Affarijiet li tista' tagħmel jew tikkollabora fuqhom
3. Ittejbu l-prattiki tal-kontroll tal-antibijotiċi b'kollaborazzjoni mat-tobba u l-ispiżjara [96,97].
4. Issegwu l-miżuri ta' prevenzjoni u kontroll tal-infezzjonijiet li huma stabbiliti fl-ambjent tagħkom [kunsens tal-esperti].
5. Tiżguraw li l-pazjenti (u l-familji tagħhom) jifhmu r-raġuni għat-terapija antibijotika u l-punti ewlenin relatati mal-użu tal-antibijotiku, inkluż biex [31,69] [kunsens tal-esperti]:
e) Jieħdu l-antibijotiċi eżatt kif preskritti;
f) Qatt ma jżommu l-antibijotiċi biex jużawhom iktar tard;
g) Qatt ma jużaw antibijotiċi li jkun fadlilhom minn trattamenti preċedenti; u
h) Qatt ma jaqsmu antibijotiċi li jkun fadal ma' nies oħra.
6. Tiżguraw li l-kulturi jittieħdu u jintbagħtu kif adegwat fil-laboratorju tal-mikrobijoloġija, qabel ma jibdew l-antibijotiċi [31,42,70].
7. Tiżguraw li r-riżultati tal-laboratorju jiġu kkomunikati minnufih lit-tabib li jkun qed jikkura [kunsens tal-esperti].
8. Ħeġġu lill-preskriventi biex jiddokumentaw minnufih id-deċiżjoni ta' reviżjoni tagħhom għall-pazjenti kollha li jkunu qed jieħdu l-antibijotiku wara 48-72 siegħa [31,42,69].
9. Infurmaw lill-preskrivent jew lill-ispiżjar jekk taraw li pazjent għandu preskrizzjoni ta' antibijotiċi li ilha għaddejja għal iktar minn sebat ijiem mingħajr tul ta' żmien speċifikat [69].
10. Jekk taraw membri tal-persunal fi sptar jew f'ambjent tal-kura tas-saħħa li jiksru l-linji gwida jew protokolli, staqsuhom għaliex qegħdin jagħmlu dan u ipprovduhom b'għodod biex jifhmu x'inhuma qegħdin jagħmlu ħażin [69] [kunsens tal-esperti].
11. Ipparteċipaw b'mod regolari f'korsijiet ta' taħriġ u laqgħat dwar l-użu prudenti tal-antibijotiċi, il-ġbir tal-kampjuni u l-prevenzjoni u l-kontroll tal-infezzjonijiet [53,96].