Dwar il-jum

Il-Jum Ewropew għall-Għarfien dwar l-Antibijotiċi huwa inizjattiva Ewropea dwar is-saħħa pubblika li tiġi organizzata fit-18 ta’ Novembru ta’ kull sena sabiex jitqajjem għarfien dwar it-theddida għas-saħħa pubblika mir-reżistenza għall-antibijotiċi u l-użu prudenti ta’ l-antibijotiċi. L-aħħar data tikkonferma li madwar l-Unjoni Ewropea, in-numru ta’ pazjenti nfettati mill-batterji reżistenti qiegħed jiżdied u li r-reżistenza għall-antibijotiċi hija ta’ theddida kbira għas-saħħa pubblika.

 

L-użu prudenti ta’ l-antibijotiċi jista’ jgħin biex iwaqqaf il-batterji reżistenti milli jiżviluppaw u jgħin sabiex l-antibijotiċi jinżammu effettivi għall-użu min ġenerazzjonijiet futuri.