Messaġġi ewlenin għall-pubbliku ġenerali

materjal ta’ informazzjoni messaġġi ewlenin materjal tat-toolkit

Meta għandi nieħu antibijotiċi?

L-antibijotiċi mhumiex is-soluzzjoni għall-infezzjonijiet ikkawżati mill-virus bħall-irjiħat komuni jew l-influwenza. L-antibijotiċi huma effikaċi biss kontra infezzjonijiet batteriċi. Id-dijanjożi korretta u d-deċiżjoni dwar jekk humiex meħtieġa antibijotiċi tista’ tittieħed biss minn tabib.

Ftakar: L-antibijotiċi ma jaħdmux f’każ ta’ riħ jew influwenza

  • L-antibijotiċi huma effikaċi biss kontra infezzjonijiet batteriċi – ma jgħinukx tirkupra minn infezzjonijiet ikkawżati minn virus bħall-irjiħat komuni jew l-influwenza [1].
  • L-antibijotiċi ma jipprevjenux it-tixrid tal-virus f’persuni oħra.
  • It-teħid ta’ antibijotiċi għal raġunijiet żbaljati, bħal kontra l-irjiħat jew l-influwenza, ma jagħmillek l-ebda ġid [1, 2].
  • L-użu ħażin tal-antibijotiċi jikkawża biss ir-reżistenza tal-batterji għall-kura bl-antibijotiċi [3, 4, 5]. Għalhekk meta tkun teħtieġ kura bl-antibijotiċi fil-futur jista’ jkun li dawn ma jaħdmux aktar [6].
  • L-antibijotiċi spiss jikkawżaw effetti sekondarji bħal dijarrea [1, 2, 7, 8].
  • Dejjem itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel ma tieħu xi antibijotiċi.

Kif għandi nieħu l-antibijotiċi?

Meta t-tabib ikun ikkonferma li teħtieġ l-antibijotiċi, huwa importanti ħafna li tieħu l-antibijotiċi b’mod responsabbli.

Ftakar: Ħu l-antibijotiċi b’mod responsabbli

  • L-użu ta’ antibijotiċi jġiegħel lill-batterji jsiru reżistenti għall-kuri antibijotiċi [3, 4, 5], għaldaqstant huwa importanti li ma tiħux antibijotiċi għar-raġunijiet żbaljati jew b’mod inkorrett [1, 2, 9].
  • Ħu l-antibijotiċi biss meta jkun kitibhomlok it-tabib u oqgħod fuq il-parir tat-tabib dwar kif għandek teħodhom sabiex ikunu jistgħu jibqgħu effikaċi fil-futur ukoll.
  • Iżżommx kuri ta’ antibijotiċi li jifdallek [10]. Jekk irċevejt aktar dożi milli kont preskritt, staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi l-mediċina li jifdallek.

Għaliex għandi nieħu l-antibijotiċi b’mod responsabbli?

Użu żbaljat jew inkorrett ta’ antibijotiċi jista’ jġiegħel lill-batterji jsiru reżistenti għal kuri futuri. Dan huwa periklu għas-saħħa mhux biss għall-persuna li tkun ħadet l-antibijotiċi b’mod mhux xieraq iżda għal kull min jista’ jieħu l-batterji reżistenti wara.

Ftakar: Kulħadd huwa responsabbli li jżomm l-antibijotiċi effikaċi

  • L-antibijotiċi qegħdin jitilfu l-effikaċja tagħhom b’ritmu li ma kienx mistenni, lanqas ħames snin ilu [11]. Dan minħabba li l-użu ta’ antibijotiċi jġiegħel lill-batterji jsiru reżistenti għal kuri antibijotiċi [3–5].
  • Jekk inkomplu nikkonsmaw antibijotiċi bir-rata attwali, l-Ewropa tista’ tiffaċċja ritorn lejn l-era ta’ qabel l-antibijotiċi, fejn infezzjoni batterika komuni bħall-pulmonite tista’ tkun sentenza ta’ mewt [12, 13]. Għalhekk meta fil-futur tkun teħtieġ antibijotiċi, dawn jistgħu ma jaħdmux aktar [6].
  • Tużax antibijotiċi għar-raġunijiet żbaljati jew inkorretti [1, 2, 9].
  • Dejjem oqgħod fuq il-parir tat-tabib tiegħek dwar meta u kif għandek tuża l-antibijotiċi b’mod responsabbli sabiex dawn jibqgħu effikaċi wkoll fil-futur.

Referenzi

  1. Arroll B, Kenealy T. Antibiotics for the common cold and acute purulent rhinitis. Cochrane Database of Systematic Reviews 2005, Issue 2. Art. No.: CD000247.
  2. Fahey T, Stocks N, Thomas T. Systematic review of the treatment of upper respiratory tract infection. Arch Dis Child 1998;79(3):225-30.
  3. Malhotra-Kumar S, Lammens C, Coenen S, Van Herck K, Goossens H. Effect of azithromycin and clarithromycin therapy on pharyngeal carriage of macrolide-resistant streptococci in healthy volunteers: a randomised, double-blind, placebo-controlled study. Lancet 2007;369(9560):482-90.
  4. Donnan PT, Wei L, Steinke DT, Phillips G, Clarke R, Noone A, Sullivan FM, MacDonald TM, Davey PG. Presence of bacteriuria caused by trimethoprim resistant bacteria in patients prescribed antibiotics: multilevel model with practice and individual patient data. BMJ 2004;328(7451):1297-301.
  5. London N, Nijsten R, Mertens P, v d Bogaard A, Stobberingh E. Effect of antibiotic therapy on the antibiotic resistance of faecal Escherichia coli in patients attending general practitioners. J Antimicrob Chemother 1994;34(2):239-46.
  6. Daneman N, McGeer A, Green K, Low DE; for the Toronto Invasive Bacterial Diseases Network. Macrolide resistance in bacteremic pneumococcal disease: implications for patient management. Clin Infect Dis 2006;43(4):432-8.
  7. Fahey T, Smucny J, Becker L, Glazier R. Antibiotics for acute bronchitis. Cochrane Database of Systematic Reviews 2004, Issue 4. Art. No.: CD000245.
  8. Shehab N, Patel PR, Srinivasan A, Budnitz DS. Emergency department visits for antibiotic-associated adverse events. Clin Infect Dis 2008;47:online. DOI: 10.1086/591126.
  9. Guillemot D, Carbon C, Balkau B, Geslin P, Lecoeur H, Vauzelle-Kervroëdan F, Bouvenot G, Eschwége E. Low dosage and long treatment duration of beta-lactam: risk factors for carriage of penicillin-resistant Streptococcus pneumoniae. JAMA 1998;279(5):365-70.
  10. Grigoryan L, Burgerhof JG, Haaijer-Ruskamp FM, Degener JE, Deschepper R, Monnet DL, Di Matteo A, Scicluna EA, Bara AC, Lundborg CS, Birkin J, on behalf of the SAR group. Is self-medication with antibiotics in Europe driven by prescribed use? J Antimicrob Chemother 2007;59(1):152-6.
  11. European Antimicrobial Resistance Surveillance System. EARSS Annual Report 2006. Bilthoven, Netherlands: National Institute for Public Health and the Environment, 2007.
  12. Cohen ML. Epidemiology of drug resistance: implications for a post-antimicrobial era. Science 1992;257(5073):1050-5.
  13. Austrian R. The pneumococcus at the millennium: not down, not out. J Infect Dis 1999;179 Suppl 2:S338-41.

Related content

Data

'Toolkit' immirat għall-pubbliku ġenerali

toolkit għall-komunikazzjoni

Il-materjali mudelli jinkludu messaġġi ewlenin u slogans, logos u viżwali kif ukoll materjali ssuġġeriti biex jintużaw minn awtoritajiet tas-saħħa fl-istati membri.