Messaġġi ewlenin għall-ispiżjara fl-isptarijiet

materjal ta’ informazzjoni messaġġi ewlenin materjal tat-toolkit

Kompiti

1.    Il-kompiti tagħkom relatati mat-titjib tal-użu antibijotiku jinkludu [42,56,76,94,95]:
a)    Tipparteċipa fit-tim għall-kontroll tal-antibijotiċi, bħala membru ewlieni tat-tim;
b)    Tikkollaboraw mal-ispeċjalista tal-mard infettiv u mal-mikrobijoloġista kliniku biex timplimentaw il-programm għall-kontroll tal-antibijotiċi;
c)    Ittejbu l-kwalità tal-preskrizzjoni tal-antibijotiku (eż. tiċċekkjaw għall-interazzjonijiet, tottimizzaw id-doża u r-rotta tal-amministrazzjoni, tipprevjenu avvenimenti ħżiena);
d)    Tikkonsultaw mal-preskriventi tal-isptar u tipprovdulhom rispons biex tiżguraw il-kwalità tal-preskrizzjoni tal-antibijotiċi;
e)    Timplimentaw interventi dwar ir-restrizzjonijiet formulari, bħar-rekwiżiti tal-approvazzjoni minn qabel u l-awtorizzazzjoni ta' wara u l-valutazzjoni tal-konformità ma' dawn ir-restrizzjonijiet;
f)    Tanalizzaw dejta dwar l-użu u l-kostijiet nefqa fuqtal- antibijotiċi għal sl-iskop ta' sorveljanza u punti ta' riferiment;
g)    Tappoġġjaw linji gwida dwar l-antibijotiċi tal-isptar ibbażati fuq l-evidenza għal infezzjonijiet komuni u għal profilassi kirurġika;
h)    Tiġġestixxu l-formularju antimikrobjali tal-isptar tagħkom (jiġifieri, il-lista tal-mediċini disponibbli għall-preskriventi).

Affarijiet li għandek tkun taf

2.    Il-konformità mar-restrizzjonijiet formularji, kif ukoll ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni minn qabel u l-awtorizzazzjoni ta' wara għal antibijotiċi speċifiċi tnaqqas l-użu ta' dawn l-antibijotiċi fl-ambjenti tal-unitajiet ta' kura intensiva [43].

3.    Il-qalbiet immexxija minn spiżjar minn parenterali għal orali jtejbu r-riżultati kliniċi (eż. it-tnaqqis tat-tul tat-terapija parenterali, mingħajr ma jħalli impatt fuq ir-riżultati kliniċi) [56].

4.    Il-forom ta' ordni speċjali jillimitaw it-tul tal-profilassi antibijotika perioperattiva u jnaqqsu l-inċidenza tal-infezzjonijiet tal-postijiet kirurġiċi, l-użu u l-ispejjeż tal-antibijotiċi [56].

5.    L-ispiżjara jista' jkollhom rwoli multipli fid-dipartiment tal-emerġenza, inkluż li jagħtu rispons u konsulenza dak il-ħin rigward il-prattiki tal-preskrizzjoni u jidentifikaw l-interazzjonijiet tal-mediċini. Dawn inaqqsu t-tul tat-trattament u jnaqqsu l-ispiża ġenerali tal-kura [77].

Affarijiet li tista' tagħmel jew tikkollabora fuqhom

6.    Tappoġġjaw l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' programm tal-kontroll tal-antibijotiċi fl-organizzazzjoni tagħkom [69,94].

7.    Tipprovdu rispons u pariri lill-preskriventi dwar l-għażla tal-antibijotiċi, id-doża, l-ottimizzazzjoni tat-tul taż-żmien u r-rotta tal-amministrazzjoni [31,94].

8.    Tinkoraġġixxu lill-kliniċi biex iwettqu bidliet minn parenterali għal orali fiż-żmien adegwat [56].

9.    Tiċċekkjaw li l-preskrezzjonijiet tal-antibijotiċi jsegwu protokolli tat-trattamenti tal-antibijotiċi fuq il-bażi tal-inji gwida bbażati fuq l-evidenza. Jekk taraw membri tal-persunal fi sptar jew f'ambjent tal-kura tas-saħħa li jiksru l-linji gwida jew protokolli, staqsuhom għaliex qegħdin jagħmlu dan u pprovduhom b'għodod biex jifhmu x'inhuma qegħdin jagħmlu ħażin [69] [kunsens tal-esperti].

10.    Iġbru u aqsmu dejta dwar l-użu u l-ispejjeż tal-antibijotiċi fil-livell tas-swali tal-isptar u fil-livell tal-isptar [56,76].

11.    Flimkien mal-preskriventi, ipprovdu informazzjoni lill-pazjenti li jridu jkomplu t-terapija antibijotika wara li jintbgħatu lura d-dar dwar l-użu tal-antibijotiċi d-dar [31].

12.    Ħarrġu b'mod regolari lill-preskriventi ta' sptar dwar l-użu prudenti tal-antibijotiċi u pparteċipaw f'laqgħat dwar l-implimentazzjoni ta' linji gwida dwar l-antibijotiċi tal-isptar ibbażati fuq l-evidenza [31,53,94,95].