Aġenziji tal-UE u kooperazzjoni internazzjonali mal-UE

L-ECDC jikkoopera mill-qrib ma’ aġenziji tal-UE bħall-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA), l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA), u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) għall-Jum Ewropew għall-Għarfien dwar l-Antibijotiċi. L-ECDC jipparteċipa wkoll fit-Taskforce Trans-Atlantika dwar ir-Reżistenza għall-Antimikrobiċi (TATFAR) u jinsab f’kuntatt mill-qrib mal-Azzjoni Konġunta tal-UE dwar ir-Reżistenza għall-Antimikrobiċi u l-Infezzjonijiet assoċjati mal-Kura tas-Saħħa.