Antibijotiċi kun responsabbli

infografika materjal ta’ informazzjoni materjal tat-toolkit

L-infografika tispjega x’inhi r-reżistenza għall-antibjotiċi u tenfasizza l-firxa tal-problemi li qed naffaċċjaw minħabba r-reżistenza għall-antibjotiċi u l-konsum tal-antibijotiċi fil-bnedmin – fi sptarijiet u fil-komunità.

Il-konsum tal-antibjotiċi jvarja ħafna bejn il-pajjiżi tal-UE/taż-ŻEE. Fil-pajjiżi bl-akbar konsum, il-persuni jikkunsmaw 3.4 darbiet aktar antibijotiċi milli fil-pajjiżi bl-inqas konsum. Fis-settur tal-isptarijiet, l-aħħar data tal-ECDC turi li l-konsum tal-karbapenems – grupp ta’ antibijotiċi tal-aħħar ġenerazzjoni – żdied b’mod sinifikanti f’sitt pajjiżi u l-ebda pajjiż ma wera nuqqas. Barra minn hekk, l-infografika turi l-perċentwali ta’ reżistenza kontra l-aktar gruppi ta’ antibijotiċi komuni. 70 sena biss wara l-introduzzjoni tal-antibijotiċi, qegħdin naffaċċjaw il-possibbiltà ta' futur mingħajr antibijotiċi effettivi għat-trattament ta’ pazjenti infettati b’diversi tipi ta' batterji.

Antibijotiċi kun responsabbli

Fil-każ li tkun trid timmodifika l-infografika, jekk jogħġbok innota li jkollok bżonn tinstalla l-Font Package (Meta Pro) qabel tiftaħ il-fajl ta' Illustrator jew InDesign. Tiftaħx il-fajl .ai mingħajr ma l-ewwel ikollok il-fonts installati.
 
Jekk timmodifika l-fajl u tinstalla l-font, l-ECDC teħtieġ li inti tagħmel disinstallazzjoni tal-font wara li tlesti l-modifika minħabba li l-ECDC mhijiex permessa tagħti liċenzja għall-font.
 
Napprezzaw kieku l-elementi grafiċi ma jiżdidux, bl-eċċezzjoni ta' logos addizzjonali. Jekk jogħġbok tibdilx kuluri, spazji, arranġamenti jew daqs tat-tipa (sakemm dan ma jkunx assolutament neċessarju). L-ECDC lest li jerġa' jiċċekkja l-modifiki.
 
Finalment, jekk jogħġbok iddikjara l-ECDC bħala s-sors ta' din l-infografi