Fittex
Data
Din hija protezzjoni effettiva kontra l-irjiħat jew l-influwenza? Lanqas mhuma l-antibijotiċi.
L-antibijotiċi.
Użahom b'mod għaqli -
u qatt kontra l-irjiħat u
l-influwenza.
Data
Antibijotiċi kun responsabbli
L-infografika tispjega x’inhi r-reżistenza għall-antibjotiċi u tenfasizza l-firxa tal-problemi li qed naffaċċjaw minħabba r-reżistenza għall-antibjotiċi u l-konsum tal-antibijotiċi fil-bnedmin – fi sptarijiet u fil-komunità.
Data
Kif tinxtered ir-reżistenza għall-antibijotiċi?
Din l-infografika tispjega kif ir-reżistenza għall-antibijotiċi tinfirex fit-trobbija tal-annimali, fil-komunità, fil-faċilitajiet tal-kura tas-saħħa u permezz tal-ivvjaġġar.
Data
Reżistenza għall-antimikrobiċi fl-Ewropa: 2014
Ħarsa ġenerali lejn id-data dwar ir-reżistenza għall-antimikrobiċi fl-Ewropa li nħarġet fl-2014
Data
Reżistenza li qed tikber għal antibijotiċi tal-aħħar ġenerazzjoni: 2013
Karbapenems huma klassi ta’ antibijotiċi ewlenin tal-aħħar ġenerazzjoni biex jittrattaw infezzjonijiet batteriċi. Il-firxa ta’ infezzjonijiet reżistenti għall-karbapenems hija theddida għall-kura tas-saħħa u għas-sigurtà tal-pazjenti fl-Ewropa għaliex tnaqqas serjament l-abbiltà li jiġu ttrattati l-infezzjonijiet.
Il-materjal ta’ hawn taħt huwa disponibbli bl-Ingliż biss.
Data
Skedi informattivi - tobba li joħorġu riċetti fl-isptar
Skeda informattiva dwar l-emerġenza u ż-żieda tar-reżistenza antibijotika fl-ambjenti tal-isptar u l-modi li bihom tista’ tiġi miġġielda din ix-xejra.
Data
Skedi informattivi - tobba li joħorġu riċetti fis-settur tal-kura primarja
Skeda informattiva dwar ir-reżistenza antibijotika fil-kura primarja tipprovdi lit-tobba li joħorġu riċetti b’dejta nazzjonali u tal-UE dwar l-aħħar xejriet.
Messaġġi ewlenin għall-pubbliku ġenerali
It-teħid ta’ antibijotiċi għal raġunijiet żbaljati, bħal kontra l-irjiħat jew l-influwenza, ma jagħmillek l-ebda ġid
Messaġġi ewlenin għat-tobba tal-familja
Livelli dejjem jiżdiedu ta’ reżistenza antibijotika jheddu l-effikaċja tal-antibijotiċi fil-preżent u fil-futur: il-komunikazzjoni effettiva mal-pazjenti hija essenzjali biex tiġi indirizzata din il-problema dejjem tikber.