Fittex
Data
'Toolkit' immirat għall-pubbliku ġenerali
Il-materjali mudelli jinkludu messaġġi ewlenin u slogans, logos u viżwali kif ukoll materjali ssuġġeriti biex jintużaw minn awtoritajiet tas-saħħa fl-istati membri.
Data
'Toolkit' immirat għal tobba tal-familja
It-"toolkit" fiha materjali mudelli u messaġġi ewlenin għal professjonisti tas-saħħa, ideat għal attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni, u tattiċi suġġeriti biex il-messaġġi jingħaddu kemm lil fornituri tal-kura tas-saħħa primarja kif ukoll lil pazjenti.
Data
‘Toolkit’ dwar l-awtomedikazzjoni bl-antibijotiċi
It-"toolkit" fiha materjali mudelli u messaġġi ewlenin li jiffukaw fuq l-awtomedikazzjoni bl-antibijotiċi, ideat għal attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni, u tattiċi suġġeriti biex il-messaġġi jingħaddu lill-pubbliku ġenerali.
Data
'Toolkit' għall-promozzjoni ta’ l-użu bil-għaqal tal-antibijotiċi permezz tal-midja soċjali
Attivitajiet tal-midja soċjali li jistgħu jsiru bħala parti minn kampanji nazzjonali dwar l-użu prudenti tal-antibijotiċi, li jkunu mmirati lejn il-pubbliku ġenerali, lejn dawk li jippreskrivu l-kura primarja tas-saħħa u lejn dawk li jippreskrivu fi sptar.
Data
'Toolkit' immirat għal dawk li jippreskrivu mediċini fl-isptar
L-udjenza primarja fil-mira hi dawk li jippreskrivu l-antibijotiċi fi sptarijiet. L-udjenzi sekondarji huma maniġers ta’ sptarijiet u, f’livell inqas, spiżjara fi sptarijiet u kumitati għall-amministrazzjoni ta’ farmaċewtiċi / antibijotiċi.
Data
Ittri f’forma ta’ ‘template’ għall-ispiżjara u t-tobba tal-kura primarja
Ittri għall-awtoritajiet nazzjonali tas-saħħa pubblika se jintbagħtu lil spiżjara u lil dawk li jippreskrivu l-kura tas-saħħa primarja biex jintroduċu l-Jum Ewropew għall-Għarfien dwar l-Antibjotiċi (EEAD), biex jippromwovu l-użu xieraq tal-antibijotiċi u biex jinfurmaw lill-pazjenti dwar ir-riskji tal-awtomedikazzjoni bl-antibijotiċi.
Data
Logo tal-Marka Kummerċjali
Il-logo tal-jum Ewropew għall-Għarfien dwar l-Antibijotiċi tfassal biex jintuża fil-materjal kollu relatat mal-Jum Ewropew għall-Għarfien dwar l-Antibijotiċi u biex jipprovdi identità viżiva konsistenti mal-materjal kollu ta' komunikazzjoni żviluppat għal din l-okkażjoni.
Data
Boroż tal-ispiżerija
L-ECDC bl-ebda mod ma jixtieq iħeġġeġ l-użu żejjed ta’ basktijiet, peress li fil-parti l-kbira tal-pajjiżi hemm sforz li jiskoraġġixxi l-użu tagħhom sabiex jitnaqqas l-iskart li ma jkunx meħtieġ.