'Toolkit' immirat għal dawk li jippreskrivu mediċini fl-isptar
Materjal ta’ komunikazzjoni tal-kampanja li jista’ jitniżżel jinsab fuq din il-paġna tal-web u nilqgħu bi pjaċir l-użu tal-materjal f’kampanji u avvenimenti lokali u nazzjonali.
L-udjenza primarja fil-mira hi dawk li jippreskrivu l-antibijotiċi fi sptarijiet. L-udjenzi sekondarji huma maniġers ta’ sptarijiet u, f’livell inqas, spiżjara fi sptarijiet u kumitati għall-amministrazzjoni ta’ farmaċewtiċi / antibijotiċi.
Niżżel
Dwar il-materjal li jista’ jitniżżel
Il-materjal ta’ komunikazzjoni tal-kampanja pprovdut fuq din il-paġna nħoloq bil-għan li jkun iffaċilitat l-iżvilupp ta’ materjal ta’ kampanja kkoordinat dwar il-Jum Ewropew għall-Għarfien dwar l-Antibijotiċi fl-Istati Membri tal-UE. Dan jipprovdu identità u kontenut viżiv komuni fl-Istati Membri tal-UE u jgħin sabiex il-messaġġi jintgħarfu aktar u jkunu aktar konsistenti, u għalhekk wieħed jiftakarhom aktar.
Materjal tat-"toolkit"
Data
Banner online
Jista’ jintuża fuq siti web biex jgħin jidderieġi t-traffiku lejn is-sit web tal-Jum Ewropew għall-Għarfien dwar l-Antibjotiċi.
Messaġġi ewlenin għat-tobba fl-isptarijiet li jagħtu riċetta għall-mediċini
Sir af dwar il-problema tar-reżistenza antibijotika, x’inhu l-kontribut tal-użu tal-antibijotiċi, u kif jista’ jiġi promoss l-użu prudenti tal-antibijotiċi u għala għandu jsir dan.
Data
Screen saver
Ekonomizzatur tal-iskrin jista’ jiġi installat fuq kompjuters fi sptarijiet, li juża l-viżwali tal-kampanja biex iwassal messaġġi ewlenin.
Skeda informattiva għall-esperti
Ir-reżistenza antimikrobika hija l-kapaċità ta’ mikrorganiżmu (eż. batterju, virus, jew parassita, bħall-parassita tal-malarja) li jirreżisti l-azzjoni tas-sustanza antimikrobika.