Ingħaqad mal-kampanja

Issieħeb

L-ECDC jistenna bil-ħerqa li jikkollabora mal-partijiet interessati u mal-organizzazzjonijiet li jappoġġjaw jew li jmexxu kampanji ta' għarfieni dwar l-użu prudenti tal-antibijotiċi relatati kemm mas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali.

Jekk tista' tipparteċipa jew tappoġġja l-kampanja tal-Jum Ewropew għall-Għarfien dwar l-Antibijotiċi, ikun ta’ pjaċir kbir għalina li nikkooperaw miegħek u nipprovdulek aktar informazzjoni dwar l-attivitajiet u l-materjal tagħna.

Jekk jogħġbok ikkuntattjana jekk tixtieq tissieħeb magħna:

ECDC Press Office
European Centre for Disease Prevention and Control
171 83 Stockholm
Sweden
Tel: +46 (0)8 586 01 678
Email: press@ecdc.europa.eu

Ippjana kampanja

Jekk qed torganizza kampanja ta’ komunikazzjoni biex titqajjem kuxjenza dwar l-użu prudenti tal-antibijotiċi, tista' tuża  t-‘toolkit’ u l-materjal tal-kampanja tagħna.

Informazzjoni għall-pazjenti 

Jekk inti tabib, tista' tara ħafna materjal li jispjega lill-pazjenti xi tfisser reżistenza antibijotika u għaliex l-użu xieraq tal-antibijotiċi huwa importanti..

Ingħaqad magħna fuq il-media soċjali

Ingħaqad magħna fuq Facebook: http://www.facebook.com/EAAD.EU  
Segwina fuq Twitter, tweet #EAAD jew hu sehem fiċ-‘chats’ tagħna fuq twitter dwar l-EAAD: http://www.twitter.com/EAAD_EU   

Xerred il-kelma

  • Tkellem dwar il-Jum Ewropew għall-Għarfien dwar l-Antibijotiċi u s-sinjifikat tiegħu ma’ ħbiebek, mal-familja u mal-kollegi. 
  • Għin fir-reklamar tal-Jum Ewropew għall-Għarfien dwar l-Antibijotiċi fi newsletters, fuq siti elettroniċi, fil-mezzi tal-komunikazzjoni tal-massa u fuq l-Internet, billi ddaħħal link fil-sit tiegħek, fil-firma tal-posta elettronika tiegħek jew fil-blogg tiegħek. 
  • Stampa u xerred il-materjal ta’ tagħrif disponibbli fuq dan is-sit elettroniku​.